Blowdry tan-nokkli Blowdry curls
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal BLOWDRY TAN-NOKKLI għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal BLOWDRY. Id waħda tieħu l-forma ta’ H bil-pala tħares ’il ġewwa u s-swaba jippuntaw djagonalment ’l isfel. Din l-id tibda fil-ġenb fil-għoli. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ ponn jew ta’ E bil-pala tħares ’l isfel. L-id forma ta’ ponn titqiegħed lejn il-ġenb livell ftit iktar baxx mill-ewwel id. L-idejn jimxu djagonalment ’l isfel lejn il-ġenb fl-istess ħin u bl-istess pass. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal NOKKLI. Id waħda tieħu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares ’l isfel maġenb il-wiċċ. Il-werrej idur waqt li jinżel ’l isfel livell tas-sider.
The sign for BLOWDRY CURLS has two parts. (i) First, the sign for BLOWDRY is made. One hand takes the shape of H with palm facing inwards and fingers pointing diagonally downwards. This hand starts high up at the side. The other hand takes the shape of a fist or of E with palm facing downwards. The fist shaped hand starts at the side at a slightly lower level than the first hand. The hands move diagonally downwards towards the side at the same time and at the same pace. (ii) Then the sign for CURLS is made. One hand takes the shape of 1 with palm facing downwards at the side of the face. The index finger rotates as it moves downwards to chest level.